Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.
Minn investigazzjoni preliminari li saru rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Peugeot Tweet li kien qiegħed isuq u waqa’.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

