Lokali

Xogħol li qed isir mingħajr pjanar

Fit-triq principali tal-Fgura bdew xogholijiet mhux ippjanati fuq l-istages tal-karrozzi tal-linja. Kawża ta’ dawn ix-xgħolijiet bla pjan u bla koordinament, kull karozza tal-linja li qed tgħaddi mill-Fgura f’dawn il-ġranet qed tkun kostretta tieqaf f’nofs it-triq…. bil-konsegwenza li qed jispiċċa nġema’ ħafna traffiku.

Dan kollu qed iseħħ għaliex Infrastructure Malta la nfurmat lill-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalita u lanqas lil Transport Malta. Bl-ewwel reazzjoni ta’ Transport Malta tkun li ma kinitx taf b’dawn ix-xgħolijiet.

Intant il-Minority Leader tal-Kunsil Lokali tal-Fgura Charles Bonello bagħat email lil Transport Malta fejn staqsa x’kienet din l-emerġenza li jsir dan ix-xogħol u kif il-Kunsill Lokali ma kienx infrumat… iżda s’issa għadu mingħajr risposta.

Jidher ċar li waqt dawn ix-xogħolijiet la kien hemm preżenza ta’ gwardjani lokali, la pulizija u lanqas uffiċjali ta’ Transport Malta.

Tags