Fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Atletico Madrid irnexxielhom jiksbu b’self lill-attakkant ta’ Barcelona Antoine Griezmann, fejn mistenni jagħmel it-trasferiment wieħed permanenti la darba jintemm dan l-istaġun. Griezmann issieħeb lil Barcelona fl-2019 mingħand l-istess Atletico, wara li kien qatta’ aktar minn sitt snien mat-tim immexxi minn Diego Simeone, fejn skorja 94 gowl.
Min-naħa tagħhom Barcelona kienu kostretti li jħallu lil Griezmann jitlaq, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li jinsab għaddejn minnha il-club Katalan. Madanakollu, fl-aħħar isegħat tas-suq tat-trasferimenti, huma ħabbru li kisbu b’self l-attakkant ta’ Sevilla, Luuk de Jong.
//= $special ?>