Bellino Attard rebaħ il-kompetizzjoni tal-MSSF Magru Gun Shop, b’Edwin Zammit u Clive Farrugia jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Din il-kompetizzjoni saret fir-Shooting Ranges tal-Bidnija, bit-tiraturi jisparaw fuq total ta’ 100 plattina.
Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu:
Clive Farrugia b’total ta’ 95/100; Belinio Attard 93/100; Edwin Zammit 89/100; Joe Muscat 88/100; Andre Cassar 81/100; u Kenneth Borg 77/100
Ir-riżultati Uffiċjali wara l-Finali kienu :
Belinio Attard 56/60, Edwin Zammit 51/60, Clive Farrugia 42/50, Joe Muscat 28/40, Kenneth Borg 21/30, Andre Cassar 13/20,
//= $special ?>