Lokali

Bugħaddas fil-periklu tal-mewt wara inċident fiċ-Ċirkewwa

Raġel ta’ 62 sena mir-Renju Unit jinsab fil-Periklu tal-Mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos.

L-inċident seħħ Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tat-15.30, meta il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-bugħaddas, sab ruħu f’diffikultà.

Ir-raġel ittella’ fuq l-art minn xi bugħaddasa oħra.

Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma, li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.