Fl-aħħar sigħat kienu rappurtati 76 każ ġdid pożittiv għall-COVID-19 filwaqt illi fiequ 49 persuna. Għalhekk il-każi attivi żdiedu tant li issa jlaħħqu s-683.
Intant fl-aħħar 24 siegħa ma kienet rappurtata ebda fatalità bil-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 441.
In-numru ta’ persuni li qed jingħataw il-kura għal dan il-virus fl-Isptar Mater Dei huwa dak ta’ 31 filwaqt li l-pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva huwa dak ta’ 2, dan hekk kif fl-aħħar sigħat żdiedet persuna oħra fl-ITU.
In-numru ta’ swab tests li saru fl-aħħar sigħat ilaħħaq l-4,043… ammont sostanzjalment għoli meta mqabbel mal-medja li kellna fl-aħħar jiem.
//= $special ?>