Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jsir l-aqwa skorer tal-futbol internazzjonali

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo sar l-aqwa skorer tal-futbol internazzjonali ta’ kull żmien hekk kif qabeż lil Ali Daei fir-rebħa tal-Portugall kontra l-Irlanda. Ronaldo kien il-protagonist hekk kif skorja doppjetta fid-89 u fid-90 minuta biex dawwar ir-riżultat favur il-Portugall fir-rebħa ta’ 2-1. B’hekk Ronaldo skorja 111 gowl mat-tim nazzjonali Portugiż biex qabeż lill-Iranjan Ali Daei li skorja 109 gowl fil-karriera tiegħu.