Novak Djokovic kif kien mistenni għadda għat-tieni round tal-Open tal-Istati Uniti meta għeleb lid-Daniż Holger Rune 6-1, 6-7, 6-2, 6-1, biex issa jiltaqa’ Tallon Griekspoor. Min-naħa l-oħra l-Ġermaniż Alexander Zverev ukoll għamilha għat-tieni round meta għeleb lil Sam Querrey 6-4, 7-5, 6-2. Zverev se jkun qed jaspira li jirrepeti s-suċċess li kellu fi New York is-sena l-oħra fejn kien rnexxielu jasal sal-finali, fejn issa se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Ispanjol Albert Ramos Vinolas fit-tieni round.
Mill-kategorija tan-nisa Ashleigh Barty ukoll avvanzat għar-round li jmiss wara li għelbet lil Vera Zvonareva 6-1, 7-6. Min-naħa l-oħra iż-żagħżugħa Ingliża Emma Raducanu għelbet lill-Iżvizzera Stefanie Vogele 6-2, 6-3, biex avvanzat għat-tieni round, fejn issa tiltaq’ maċ-Ċiniża Zhang Shuai.
//= $special ?>