Sport Waterpolo

Doppjetta għal Sirens fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

EXILES……………………………..  9

SIRENS MECCA MARIN……. 11

(2-1), (0-5), (4-4), (3-1)

Doppjetta fl-Ewwel Diviżjoni għal Sirens Mecca Marin hekk kif dak wara r-rebħ tal-kampjonat, kisbu wkoll in-knock-out. L-avversarji prinċipali reġgħu kienu Exiles, bit-tim ta’ Marko Orlovic jerġa’ joħroġ rebbieħ, l-istess kif għamlu fl-aħħar logħba tal-kampjonat. Dan kien l-ewwel suċċess ta’ Sirens f’din il-kompetizzjoni mill-1987.

Kontra ta’ dak li seħħ fl-aħħar dwell bejniethom, kienu Exiles li rebħu l-ewwel sessjoni 2-1. Max Aquilina u Kurt Griscti skorjaw il-gowls, b’Ken Erdogan iġib id-draw momentarju.

Reazzjoni mill-aqwa ta’ Sirens fit-tieni sessjoni. Matthias Azzopardi u Matthew Sciberras poġġew lil Sirens minn fuq għall-ewwel darba, liema vantaġġ baqgħu jikkonsolidawh. Sciberras skorja darbtejn oħra u flimkien mal-gowl ta’ Jerome Zerafa Gregory, temmew it-tieni sessjoni 6-2.

F’mument minnhom fit-tielet sessjoni, Sirens kellhom vantaġġ ta’ 9-3. Gowls ta’ Max Aquilina u Kurt Griscti naqqsu d-distakk għal 10-6 u żammew it-tamiet ta’ rimonta possibbli.

Gowl ta’ Jake Bajada fl-ewwel parti tal-aħħar sessjoni naqqas id-distakk għal tliet gowls. Sciberras skorja l-ħames gowl personali għal 11-7, b’Exiles jiskorjaw darbtejn lejn it-tmiem iżda ma kienx biżżejjed. Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Sirens John Napier ġie ppreżenta bit-trofew.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (3), N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (2), D. Fenech, G. Borg, E. Micallef, M. Naudi

Sirens: G. Galea Curmi, M. Grech, K. Erdogan (2), J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia, M. Sciberras (5), I. Riolo, J. Napier, L. Falzon, L. Caruana (1), M. Azzopardi (2), O. Gauci, T. Said, M. Chircop

Referees: Alex de Raffaele, Riccardo Carmignani