Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamel vjaġġ speċjali lejn il-Litwanja biex iwassal ħażna ta’ mħaded u sleeping bags bħala parti minn proġett ta’ ghajnuna umanitarja.
Din kienet ir-raba’ donazzjoni li saret fl-aħħar xhur, hekk kif aktar kmieni din is-sena ingħataw face shields lin-Nepal, numru ta’ antigen tests lit-Tuneżija u numru ta’ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u antigen tests fil-libja.
Il-konsenja ta’ mħadded u sleeping bags twasslet fil-Litwanja nhar it-Tlieta filgħaxija permeżż ta’ titjijra speċjali, diretta li ġiet organizzata speċifika għal dan l-għan.
Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila, qal li s-sena l-oħra d-Dipartiment investa b’iktar minn €800,000 f’apparat u affarijiet tal-Għajnuna Umanitarja u dan sabiex jekk jinqala’ xi ħaġa fil-pajjiż ikollhom stokk tajjeb biex jibdew. Huwa jinsab kburi li d-Dipartiment qed inkun involut f’din il-ħidma umanitarja, u jittama li tkompli ssir iktar ħidma biex fil-futur qarib isiru operazzjonijiet ta’ għajnuna f’diversi pajjiżi oħra.


