Permezz ta’ post fuq Facebook, l-Eks Delegat Laburista Mark Camilleri saħaq li “ma naħsibx li fl-istorja ta’ pajjiżna kellna Prim Ministru iktar vojt u inkompetenti milli għandna llum”.
“Dan qatt ma kien voluntier jew attivist fil-Partit, u qatt m’għamel siegħa xogħol f’ħajtu. Dan sar kap tal-Partit għax tellgħu hemm Joseph Muscat”
Huwa kompla jgħid li “issa, li Robert Abela jrid jagħmel yacht marina f’Wied il-Għajn għall-kumdita tiegħu biex ikun jista’ juża’ d-dgħajsa tiegħu wara biebu, issa qed issiru tafuh iktar sew: bniedem egojist li jaħseb fih biss u ma jinterresaħx minnkom.”
//= $special ?>