Futbol Sport

Malta b’rebħa dominanti kontra Ċipru

(Ritratt: MFA)

MALTA ……… 3

ĊIPRU ………. 0

Malta : H.Bonello, K.Shaw (Z.Muscat 59′), R.Camenzuli, S.Borg, J.Mbong (S.Dimech 59′), L.Montebello (A.Satariano 70′), S.Pisani, P.Mbong (J.Grech 70′), E.Pepe, T.Teuma (T.Caruana 85′), C.Attard

Ċipru : N.Michael, A.Karo, K.Seteriou, M.Antoniades (F.Katelaris 64′), P.Psaltis, C.Kyrikou (L.Liozou 71′), K.Artymatas, N.Ioannou, I.Pittas (G.Kastanos 58′), D.Christofi (M.Elia 58′), F.Papoulis (N.Panagiotou 58′)

Fir-raba’ partita minn Grupp H mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, Malta kisbu rebħa dominanti kontra Ċipru bl-iskor ta’ 3-0. Malta kellhom l-ewwel azzjoni perikoluża hekk kif Luke Montebello sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper Neophytos Michael, iżda l-konklużjoni tiegħu kienet salvata tajba mill-goalkeeper Ċiprijott. Fil-35 minuta Malta kelhom l-aħjar azzjoni tal-ewwel taqsima meta wara pass li nifed id-difiżata’ Luke Montebello, Paul Mbong kkonkluda barra mil-lasti Ċiprijotti minn posizzjoni favorevoli.

Fit-38 minuta il-goalkeeper Henry Bonello kien deċiżiv hekk kif wara indeċiżjoni fid-difiża Maltija, salva tajjeb mill-viċin konklużjoni ta’ Kostas Artymatas. Biex fid-39 minuta Ċipru spiċċaw jilagħbu bi plejer anqas hekk kif ir-referee Fabio Maresca wera l-karta l-ħamra lil Konstantinos Soteriou, għall-simulazzjoni fil-kaxxa Maltija. Malta ikkapitalizzaw immedjatament, hekk kif fit-43 minutam wara cross ta’ Ryan Camenzuli, Joseph Mbong għadda lejn CAIN ATTARD, li b’konklużjoni b’saħħitha tefa’ lil Malta fil-vantaġġ għal 1-0.

Fit-tieni taqsima it-tim Malti kellu bidu eċċezzjonali hekk kif fis-46 minuta wara cross ta’ Teddy Teuma, kien JOSEPH MBONG li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil goalkeeper Ċiprijott għal 2-0. It-tim Malti komplew jiddominaw il-pusses tal-ballun biex fit-53 minuta wasal it-tielet gowl, meta wara li Paul Mbong bidel il-ballun ma’ Teddy Teuma, tefa’ cross fil-baxxa, bid-difensur CAIN ATTARD għal darba oħra jitfa’ fix-xibka għal 3-0.

B’raġel inqas iċ-Ċiprijotti ftit li xejn kienu perikolużi fit-tieni taqsima bit-tim Malti jamministra l-partita b’mod tajjeb, bit-tim Malti issa jħares lejn iż-żewġ partiti barra minn daru kontra s-Slovenja u r-Russja.