Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ sular f’Ħaż-Żebbuġ

Mara ta’ 59 sena ssofri ġrieħi gravi qara l waqgħet għoli ta’ madwar sular. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara residenti Ħaż-Żebbuġ, kienet waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qiegħda tnaddaf.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddej