Raġel ta’ 75 sena minn Naxxar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’emerġenza wara li ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi waqt inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.
Stħarrig preliminarji qiegħdin jirriżultaw li l-inċident seħħ meta r-raġel ta’ 75 li kien qiegħed jsuq il-mutur, ħabat ma’ Honda Accord li kien misjuq min raġel ta’ 57 sena.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna mit-tim mediku fejn ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi u ttieħed l-isptar b’emerġenza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>