Internazzjonali

Stati Uniti: Il-belt ta’ New Orleans mingħajr dawl minħabba l-Uragan Ida

L-uffiċjali fil-belt ta’ New Orleans imponew curfew effettiv għall-belt sħiħa, ui meta bnadi sħaħ tal-belt għadhom mingħajr dawl b’konsegwenza tal-impatt tal-Uragan Ida.

Is-Sindku LaToya Cantrell qalet li l-curfew għandu jkun rispettat minn kmieni filgħaxija sas-6 ta’ filgħodu, bil-pulizija lokali jirrappurtaw sensiela ta’ ‘inċidenti’ iddominati minn serq mill-ħwienet waqt il-blackout.

Il-kumpaniji tal-enerġija qed jagħmlu li jistgħu biex jirristawraw is-servizzi tad-dawl, iżda r-residenti ta’ New Orleans qed ikunu mwissija li ċerti bnadi jistgħu jibqgħu fid-dlam għal ‘diversi ġimgħat.’

Sadanittant, il-maltemp tal-Uragan Ida affettwa wkoll lis-servizzi tal-ilma fost il-qerda tal-infrastruttura. Dan fost konferma li mietu talanqas żewġ persuni wara li kkrollat parti minn triq prinċipali viċin ta’ Lucedale, fl-inħawi ta’ Mississippi. Jidher li numru ta’ karozzi baqgħu neżlin f’ħofra kbira li nfetħet fit-triq u fejn is-sewwieqa ma rnexxilhomx jaraw it-triq sew minħabba l-inżul tax-xita qawwija.