Ambjent Għawdex Lokali

Aktar Għawdxin favur il-proposti tal-PN

In-nuqqas ta’ konnettività bejn Malta u Għawdex, għandha tkun riżolta permezz ta’ konnettività bl-ajru. Hekk stqarr Joe Muscat il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex, il-GTA, f’intervista mal-Malta Business Weekly.

Il-proposta tal-GTA li jkun hemm airlink bejn iż-żewġ gżejjer, tirrifletti wkoll dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista – sabiex l-Għawdxin ikollhom servizz aħjar.

Il-GTA qed tinsisti li għandu jkun hemm airlink li tkun qed tinkludi mitjar ta’ 800 metru li tkun tista’ takkomoda ajruplan żgħir. Dan għandu jwassal ukoll biex tinfetaħ niċċa ekonomika ġdida tal-avjazzjoni f’Għawdex.

F’din l-intervista  Joe Muscat tkellem ukoll dwar il-konnettivita’ bil-baħar, fejn tenna li jeħtieġ li jsir aktar investiment fil-moll tal-Imġarr u li bejn Novembru u Marzu jkun hemm offerti speċjali fil-weekend biex in-nies imorru aktar Għawdex.

Semma’ wkoll l-idea tal-PN li jkun hemm żieda fil-vapuri, u jsir investiment fil-mollijiet.

Fost it-temi li qed tipressa fuqhom il-GTA, apparti l-konnettività hemm dawk fiskali, il-prodott Għawdxi, l-akkomodazzjoni, u ir-riżorsi umani. Il-GTA trid aktar investiment fil-Kampus tal-ITS, riklamar sostonzjali biex il-gżira Għawdxija tkun destinazzjoni aktar b’saħħitha għax-xitwa, żvilupp ta’ aktar faċilitajiet sportivi u kif ukoll żvilupp ta’ waterpark f’Għawdex.