Enerġija Lokali

Espert iwaqqa’ l-ftaħir kollu ta’ kandidat Laburista

Lecturer fil-Fakultà tal-Inġinerija waqqa’ għal kollox il-ftaħir li għamel il-Kandidat Laburista Andy Ellul.

F’post fuq facebook il-Kandidat Laburista Andy Ellul prova jikkonvinċi lin-nies li f’Malta għandna fost l-irħas rati tal-enerġija… tant li fost ħafna ftaħir qal li s-sitwazzjoni f’Malta hija ħafna aħjar minn dik fi Spanja fejn skont hu kellhom żieda kbira fil-kontijiet tal-elettriku.

Iżda b’reazzjoni għal dan il-post, il-Lecturer fil-Fakultà tal-Inġinerija Simon Mizzi kiteb li dan mhux minnu hekk kif qal li jekk wieħed jagħmel diviżjoni b’1000 (Mega to Kilo), jinduna li hi 12ċ3 per kWh li hu l-unit ta’ Malta. Jiġifieri f’pajjiżna, bir-rata nominali ta’ 12ċ2 per kWH wieħed iħallas daqs Spanja… li skont Andy Ellul… qed iħallsu l-għola fl-Ewropa. Turija ċara li l-poplu Malti qed iħasllas fost l-għola rati tal-enerġija.