Edukazzjoni Lokali

Il-pjan tal-ftuħ tal-iskejjel “kwistjoni ta’ ftit ġranet”

Ninsabu jiem biss ‘il bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel u l-pjan li l-Gvern qal li hu lest u approvat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa …għadu ħadd ma rah.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana qaltilna li l-laqgħat mal-istakeholders kellhom jibdew illum, prattikament tliet ġimgħat qabel l-iskejjel jiftħu mill-ġdid. F’kummenti lil Net News, il-Ministru spjegat li minkejja lil pjan lest, għadu mhux konkluż minħabba laqgħat li għadhom jridu jsiru qabel il-pubbliku inġenerali jkun jista’ jara tali pjan.

Din il-kwistjoni qed toħloq ansjeta kbira fost l-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri u allura fakkarna lill-Ministru li l-iskejjel se jiftħu dalwaqt u li għal dan il-pjan hemm stennija kbira minn dawk li direttament jiddependu minnu. Iżda pressata biex ittina data ta’ meta se nkunu nistgħu naraw dan il-pjan, il-Ministru saħqet li l-pjan hu “kwistjoni ta’ ftit ġranet” iżda għad m’għadniex data.