Il-Kap tal-PN Bernard Grech laqa’ fid-Dar Ċentrali lil Omar Rababah, Malti u attivist favur l-inkluzjoni u l-integrazzjoni.
Tul din il-laqgħa fid-Dar Ċentrali Rababah preżenta għadd ta’ proposti dwar dan is-suġġett, filwaqt li l-Kap tal-PN tenna li hemm ħafna potenzjal ta’ xogħol li jista’ jsir f’dan is-settur.
F’kummenti lil Net News, Omar Rababah qal li hu flimkien mal-Kap tal-PN tkellmu dwar numru ta’ suġġetti u l-mod kif jista’ jkun hemm avvanz fis-settur.
Waqt din il-laqgħa l-Kap tal-PN Bernard Grech kien akkumpanjat minn Martina Caruana l-President Riċerka Politika u l-kandidata Emma Portelli Bonnici.
//= $special ?>