Lokali

Il-PN iniedi l-kampanja “Kun il-Bidla”

Ftit tal-ħin ilu l-Partit Nazzjonalista nieda l-kampanja “Kun il-Bidla“, kampanja li permezz tagħha l-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jagħmel kuntatt b’aktar mod faċli mal-PN.

F’konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino, Martina Caruana il-President Riċerka Politika u Mark Anthony Sammut, il-President tal-Kunsill Ġenrali u kandidat f’isem il-PN intqal li permezz ta’ din il-kampanja l-pubbliku se jkun aktar parteċipi fit-tfassil tal-politika tal-PN.

Martina Caruana qalet li din il-kampanja twaqqfet biex kull min mhux parti mill-PN, jingħaqad mal-PN, biex wieħed ikun jista’ jikkontribwixxi, biex f’pajjiżna jkun hawn il-bidla li tant hi meħtieġa.

“Irridu noħolqu politika inklussiva, li ssir għan-nies”

Mark Anthony Sammut tkellem dwar is-sit elettroniku l-ġdid tal-PN, kunilbidla.com, li se jkun sit li se jkun hemm fi ħdanu mhux biss il-messaġġ tal-PN, iżda se jkun hemm informazzjoni dwar il-kandidati, iżda wkoll li jkun hemm il-parteċipazzjoni tan-nies.

Se jkun hemm sezzjoni wkoll ta’ blog, mhux biss minn persuni esponenti tal-PN, iżda wkoll minn esperti u nies oħra li mhux parti mill-PN.

Il-politika tagħna hija djalogu kontinwu mal-poplu Malti u Għawdxi”