F’konferenza tal-aħbarjiet is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino ħabbar il-programm tal-attivitajiet tal-festi tal-Indipendenza għal din is-sena li se jkunu mferrxin ma’ Malta u Għawdex; inkluż attivitajiet fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem tal-Kap tal-PN Bernard Grech.
Dan hu l-programm politiku:
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: Is-Sibt 4 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Triq iż-Żonqor, Marsaskala
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: Is-Sibt 11 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Għajnsielem, Għawdex
Tema: Għawdex
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: It-Tnejn 13 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Triq Karmenu Ciantar, L-Imqabba
Tema: Saħħa
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: It-Tlieta 14 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Pjazza Antoine de Paul, Raħal Ġdid
Tema: Ambjent
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: L-Erbgħa 15 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Ħdejn il-Knisja, Ħ’Attard
Tema: Edukazzjoni
Sessjoni ta’ Mistoqsija u tweġiba
Data: Il-Ħamis 16 ta’ Settembru
Ħin: 6:30pm
Post: Pjazza l-5 t’Ottubru, L-Imsida
Tema: Ekonomija
Intervista fuq il-Fosos tal-Floriana
Data: Il-Ħadd 19 ta’ Settembru
Ħin: 11:00am
Post: Fuq il-Fosos, Il-Floriana
Tema: Intervista minn ġurnalist mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Għeluq tal-Programm ta’ Attivitajiet
Data: It-Tnejn 20 ta’ Settembru
Ħin: 7:00pm
Post: Fuq il-Fosos, Il-Furjana
Tema: Diskors mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista
Għal sena oħra se jkun hemm ukoll il-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Dak għall-kategorija Junior se jsir il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru u l-kategorija tal-kbar se ssir is-Sibt 18 ta’ Settembru fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Ma’ dan se jkun hemm ukoll programm sportiv, li jinkludi tournament ta’ Subbuteo, il-ġirja tal-Indipendenza, football tournament kif ukoll kompetizzjoni tal-isparar.
//= $special ?>