Formula 1 Sport

Kimi Raikkonen se jirtira mill-Formula 1 fi tmiem l-istaġun

Is-sewwieq ta’ 41 sena tal-Formula 1 Kimi Raikkonen se jkun qed jirtira fi tmiem l-istaġun. Raikkonen li għandu 41 sena qal li din ma kinitx deċiżjoni faċli għalih. Raikkonen li rebaħ il-Kampjonat tal-Formula 1 fl-2007 ma’ Ferrari qal li l-karriera tiegħu fil-Formula 1 se tkun qed tintemm iżda għad fadal aktar esperjenzi li jrid igawdi f’ħajtu.

Raikkonen matul il-karriera tiegħu rebaħ 21 Grand Prix u rnexxielu jibda 341 Grand Prix. Minn meta ddebutta fl-2001 fil-Formula 1, Raikkonen saq għal Sauber, McLaren, Ferrari, Lotus u bħalissa qed isuq ukoll ma’ Alfa Romeo. Is-sewwieq Finlandiż temm aktar minn 100 darba fuq il-podju.

L-eks president tal-Formula 1 Stefano Domenicali, li kien ukoll il-prinċipal tal-Ferrari bejn l-2007 u l-2014 qal li Raikkonen huwa parti kbira mill-Formula 1 u kull minn iħobb dan l-isport żgur se jkun qed iħoss in-nuqqas tiegħu.