Raġel ta’ 59 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am, hekk kif kien hemm ħabta bejn il-mutur u vettura tat-tip Nissan misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena. Dan tal-aħħar sofra ġrieħi ħfief.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku li mar minnufih fuq il-post u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, is-sewwieq tal-mutur kien ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>