F’konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tħabbar li fost is-704 każi attivi, hemm 2 clusters fid-Djar tal-Anzjani… cluster ta’ 5 anzjani u cluster ieħor ta’ 9 anzjani. Dawn l-anzjani, għalkemm kienu mlaqqma biż-żewġ dożi xorta waħda ħarġu pozittivi għal dan il-virus.
Fid-dawl ta’ dan l-iżilupp, min-nhar it-Tnejn li ġej se jibda jingħata booster lill-anzjani kollha residenti fid-Djar tal-Anzjani. Tħabbar ukoll li bħala booster se jkunu qed jingħataw it-tilqima tal-Pfizer u tal-Moderna, anke lil dawk li ħadu l-vaċċin tal-Astrazeneca.
Mill-ġimgħa d-dieħla wkoll se jibdew jintbagħtu l-inviti lil dawk il-peruni kollha li għandhom sistema immunitarja baxxa. Imbagħad mill-1 ta’ Ottubru din il-booster se tibda tingħata lil dawk kollha li għandhom iktar minn 70 sena.
Fejn jidħol is-settur tad-divertiment,mis-6 ta’ Settembru se jsiru events bilwieqfa fl-apert li se jkunu miftuħa għal mitt persuna li huma mlaqqma filwaqt li għandha tintlibes il-maskra f’kull ħin.
Mit-13 ta’ Settembru mbagħad se jkunu permessi li jsiru stand up events ta’ 100 ruħ fil-magħluq. Dan filwaqt li d-distanza soċjali għal seated events ta’ 100 persuni jew inqas se tonqos għal metru.
Tħabbar ukoll li lejn l-aħħar ta’ Settembru, se jsiru pilot events li jippermettu numri akbar ta’ nies b’inqas restrizzjonijet fejn dawk li jattendu, wara se jkunu obbligati li jagħmlu PCR test. Dawn l-events se jippermettu biex wieħed ikun jista’ jippjana għall-attivitajiet futuri.
//= $special ?>