Jkomplu jiżdiedu l-imwiet, kawża tal-maltempata Ida li bħalissa għaddeja bla waqfien fil-Grigal tal-Istati Uniti. It-total ta’ mwiet s’issa laħaq l-ammont ta’ 45 persuna, bil-maġġoranza tal-fatalitajiet iseħħu fl-ibliet ta’ New Jersey u New York.
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden stqarr li l-Amerika bħalissa qed tiffaċja kriżi ambjentali li qiegħda tħalli warajha impatt kbir fuq kemm fuq il-ħajja privata taċ-ċittadini, kif ukoll fuq l-ekonomija Amerikana li għadha ma’ rkupratx mid-daqqa tal-COVID-19.
Joe Biden qal li fl-Istati Unit hemm bzonn investimenti kbir biex il-pajjiz iwiegeb ghal dan id-dizastru.
//= $special ?>