Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 42 każ ġdid pożittiv ta’ COVID-19, bil-każi attivi jerġgħu jinżlu 691. Il-varjant Delta jibqa’ l-kawża ewlenija tal-maġġoranza tal-każi pożittivi.
Fl-aħħar sighat, tħabbar ukoll li fiequ 55 persuna oħra filwaqt li fortunatament ma kienet reġistrata ebda fatalità…. bin-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 441.
In-numru ta’ persuni li qed jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei żdied bi 3 għall-37 filwaqt li l-pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva baqgħu 2.
//= $special ?>