Sport Sport Ieħor

Djokovic u Zverev fit-tielet round tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għeleb lil Olandiż Tallon Griekspoor fi straight sets 6-2 6-3 6-2 biex b’hekk żamm ħajjin it-tamiet li jirbaħ l-erba’ Grand Slams matul l-2021. Min-naħa l-oħra il-Ġermaniż Alexander Zverev ukoll għadda għat-tielet round warawara li għeleb lill-Ispanjol Albert Ramos-Vinolas 6-1 6-0 6-3 f’partita li damet ftit anqas minn sija u kwart.

Fit-tielet round Djokovic issa jiltaqa’ kontra l-Ġappuniż Kei Nishikori, biċ-champion olimpiku Zverev jaffronta lil Amerikan Jack Sock.