Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident bi scooter

Bulgaru ta’ 56 sena jinsab fil-Periklu li jitlef ħajtu wara li kien involut f’inċident fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:40 meta l-Pulizija marret fit-triq imsemmija u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Bulgaru ta’ 56 sena residenti l-Mosta u karozza Opel Corsa, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti n-Naxxar.

Il-Bulgaru ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Inċident ieħor b’e-kick scooter kien seħħ fl-24 ta’ Awwissu meta s-sewwieq tal-iscooter kien weġġa’ gravi u ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ingħatajna l-ewwel għajnuna fil-post tal-inċident.