Franċiż ta’ 29 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-180:00, meta l-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Gorg Borg Olivier, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Franċiż tilef il-kontroll tal-mutur NIU N1S li kien qiegħed isuq u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>