Lokali

Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti serħan il-moħħ lil mijiet li qed jgħixu fi djar fuq artijiet tal-Gvern mingħajr titolu sħiħ ta’ propjetà

Għall-Malti d-dar tfisser ħafna. Bħalissa hemm madwar 250 persuna fl-inħawi tar-Rabat li jgħixu fl-inċertezza dwar darhom, għax dawn bnew darhom legalment iżda t-titolu tal-art għadu bi qbiela mill-gvern.

Madwar Malta kollha hemm bosta oħrajn f’sitwazzjonijiet simili jew li baqgħu fuq konvenju fuq propjetajiet tal-Gvern. Fil-passat ħarġu skemi li iżda ma koprewx il-każijiet kollha. Għandna d-dover li nagħtu serħan il-moħħ lil kulħadd fuq daru.

Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech jwiegħed li jiżgura li dawn il-familji jsiru sidien tal-art u ta’ darhom u jtihom is-serħan il-moħħ li tant iridu għalihom u għall-familji tagħhom.

Flimkien nistgħu nkunu l-bidla hawn ukoll.​

Tags