Il-FIFA fetħet investigazzjoni dwar l-inċidenti razzjali li seħħew fil-partita minn Grupp I mill-fażi ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, bejn l-Ingilterra u l-Ungerija. Il-plejers Ingliżi Raheem Sterling kif ukoll Jude Bellingham kienu vittmi ta’ kummenti razzjali waqt ir-rebħa ta’ 4-0 li kisbu l-Iniglterra, bl-FA Ingliża tiddeskrivi dan l-episodju bħala “inaċċettabli”. Min-naħa tiegħu il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sejjaħ lil FIFA biex tieħu l-aktar azzjoni b’saħħitha possibili biex tiżgura li dan it-tip ta’ atteġjament ikun eradikat mill-futbol kompletament.
Minkejja li l-Ungerija kienu ordnati mill-UEFA biex jilagħbu tliet partiti bil-bibien magħluqa, minħabba inċidenti diskrimnatorji matul il-Euro 2020, din il-partita kienet taħt il-juristizzjoni tal-UEFA, b’ 60,000 persuna jattendu għall-partita fil-Puskas Arena. Wara l-ewwel gowl, il-partitarji Ungeriżi waddbu ammont ta’ tazzi lejn Raheem Sterling, bil-kowċ Ingliż Gareth Southgate jiddeskrivi l-partitarji Ungeriżi bħala “dinosawri”, li ma għarfux li d-dinja u ż-żmienijiet qed jinbidlu.
//= $special ?>