Illum, jidħol fl-azzjoni t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena hekk kif fl-4.30pm jilgħab l-ewwel partita minn Grupp Ċ fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il- 21 sena kontra l-Irlanda ta’ Fuq. F’din il-partita se jkun qed jiddebutta l-kowċ Gilbert Agius li aktar kmieni matul din is-sena ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim mingħand Silvio Vella.
Flimkien ma’ Malta u l-Irlanda ta’ Fuq, fl-istess Grupp, hemm ir-Russja, Spanja, l-Islovakkja u l-Litwanja. It-timijiet ta’ Floriana u Santa Lucia huma l-aktar timijiet li se jkunu rappreżentati fl-iskwadra Maltija.
Goalkeepers – Dylan Ciappara (Mosta FC), Duncan Formosa (Gudja United FC), Amara Sylla (Birkirkara FC).
Difensuri – Glenn Attard (Pembroke Athleta FC), Matthew Ellul (Hibernians FC), Christian Gauci (Valletta FC), Karl Mohnani (Melita FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens FC).
Midfielders – Ayrton Attard (Hibernians FC), Jean Paul Attard (San Ġwann FC), Emerson Camilleri (Santa Lucia FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Marcus Grima (Balzan FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Liam McKay (Santa Lucia FC), Andreas Vella (Santa Lucia FC).
Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Jeremy Micallef (Valletta FC), Bradley Sciberras (Floriana FC), Jamie Sixsmith (St.Andrews FC), Mattia Veselji (Floriana FC).
//= $special ?>