Lokali

Ma jagħmel xejn għax għalih “is-Sajf spiċċa”

Il-Ministru tat-Turiżmu qed jibqa’ ifarfar il-problemi kbar li hemm f’Kemmuna, billi jgħid li issa is-Sajf prattikament spiċċa, għalkemm fil-verità, kulħadd jaf li l-Gvern ilu tliet xhur sħaħ jinjora s-sitwazzjoni kważi traġika li qed jiffaċjaw il-viżitaturi – Maltin u t-turisti – li ta’ kuljum iżuru din il-gżira.

U minkejja li skont Clayton Bartolo is-Sajf spiċċa, huwa fatt magħruf li l-istaġun ta’ vjaġġi lejn Kemmuna u l-Blue Lagoon fadallu mill-inqas xahar ieħor. Illi jfisser li dak illi qal il-Ministru mhi xejn ħlief ammissjoni li se jibqa’ ma jagħmel xejn quddiem id-diżastru li qed taffaċjaw Kemmuna u ż-żona tal-Blue Lagoon.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, fl-aħħar jiem stqarr li din s-sitwazzjoni tixhed l-inkompetenza tal-Gvern. Għaliex li ddikjaraw li ħadd ma applika għal liċenzja biex ipoġġi deckchairs, il-bajja xorta qed tkun okkupata kollha kemm hi, bla permess…. għad-detriment ta’ dawk li jridu jgawduha bla ma jagħmlu użu minn dawn id-deckchairs.

Huwa insista li Kemmuna hija ġawhra ta’ pajjiżna li għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd u bħall-każ tal-marina f’Marsaskala, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun fuq in-naħa tal-poplu.

Tags