Futbol Sport

Organizzat kamp ta’ taħriġ bejn Parma Calcio u Valletta F.C.

(Ritratt: Valletta FC)

Matul il-ġimgħa li għaddiet kien hawn f’pajjiżna diversi coaches mill-club Taljan Parma Calcio li mexxew kamp ta’ taħriġ għal fuq minn 70 tifel u tifla minn Malta u Għawdex. Dan il-kamp ta’ taħriġ kien organizzat minn Valletta FC Youth Development Sector b’kollaborazzjoni mal-International Football Academy Malta.

L-għan ta’ dan il-kamp ta’ taħriġ kien li t-tfal Maltin jkunu esposti għat-training professjonali minn coaches rinomati fi ħdan Parma Calcio, bil-għan li jkollhom l-opportunita’ li jiġu magħżula għal prova mal-club Taljan. Fi tmiem iż-żjara tagħhom id-diriġenti ta’ Parma kellhom laqgħa mal-President ta’ Valletta Alexander Fenech, mal-Head of Coaching and Devlopment Sector Nicky Baldacchino kif ukoll mal-Youth Development Sector Chairman James Mackay, fejn iddiskutew il-possibilita’ ta’ aktar opportunatijiet fil-futur għat-tfal Maltin.