Lokali

“Qed nistenna l-Prim Ministru jagħmel apoloġija” – Bernard Grech

Wara li l-Ġimgħa filgħodu, r-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono għal darb’oħra ġie liberat mill-akkużi li saru numru ta’ snin ilu fil-konfront tiegħu.. il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-Qorti llum ikkonfermat li saret kampanja ta’ gideb kontra Tony u Giovanna Debono, intiża biss biex tħammeġ ir-reputazzjonhi tagħhom.

Huwa kompla jistqarr li qed jistenna li minnufih, il-Prim Ministru Robert Abela jagħmel apoloġija f’isem il-Partit Laburista għall-kampanja tal-assassinju tal-karattru li saret fil-konfront ta’ Tony u Giovanna Debono, li minkejja l-isforzi tal-magna ta’ propoganda tal-Partit Laburista, ħareġ liberat minn kull akkuża.