MALTA ………………………… 4
IRLANDA TA’ FUQ …….. 1
Malta: C. Formosa; A. Magri Overend, C. Gauci (K. Mohnani 90′), M. Grima, A. Attard (J. Attard 85′), M. Veselji, A. Garzia, C. Zammit Lonardelli, M. Ellul (O. Spiteri 72′), B. Sciberras (J. Sixsmith 85′), J. Engerer (J. Carbone 85′).
Irlanda ta’ Fuq: L. Hughes; T. Hume, A. Donnelly, K. Balmer, S. Mcclelland (D. Mcclelland 46′), E. Galbraith, J. Scott (H. Anderson 85′), C. Boyd-Munce (D. Smyth 46′), R. Walde, B. Crowe (P. Lane 46′), C. Johnston (C. Conn 85′).
Referee: M. Milacic
Malta fetħu l-impenji tagħhom fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Euro 2023 ta’ taħt il-21 sena b’rebħa kbira ta’ 4-1. Fl-ewwel partita kompetittiva’ ta’ Gilbert Agius bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, iż-żgħażagħ Maltin kienu dominanti fuq dawk Irlandiżi, f’ġimgħa mill-aqwa għat-timijiet nazzjonali.
Malta marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn daqqa ta’ ras ta’ Mattia Veselji, kien Jake Engerer li approfitta u kkonkluda fil-lasta mill-viċin. Iż-żgħażagħ Maltin irduppjaw fis-36 minuta meta minn cross ta’ Bradley Sciberras din id-darba kien l-akkwist ta’ Floriana Mattia Veselji li tefa’ fil-lasta għal 2-0. Mattia Veselji skorja t-tielet gowl għal Malta fid-39 minuta mill-ħdax-il metru, bil-Maltin jidħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ tliet gowls.
Fit-tieni taqsima l-Irlanda ta’ Fuq naqqsu d-distakk fit-58 minuta permezz ta’ Patrick Lane. Madanakollu Malta baqgħu jiddominaw il-partita, biex fl-84 minuta kien il-midfielder ta’ Hibernians Ayrton Attard li b’xutt mid-distanza għeleb lil goalkeeper Irlandiż għal skor finali ta’ 4-1.
//= $special ?>