“Huwa d-dover tagħna li nieħdu ħsieb u ngawdu l-patrimonju tagħna”
Hekk stqarr l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, waqt konferenza tal-ahbarijiet fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina fl-Isla, fejn ġew irrestawrati żewġ pitturi tas-seklu 18 tal-artist Malti Francesco Zahra.
Ir-restawr taż-żewġ pitturi li kienu sofrew ħsara estensiva fi żmien it-Tieni Gwerra Dinija tlestew eżatt qabel il-festa li qed tfakkar il-100 sena mill-Inkurunazzjoni tal-vara tal-Bambina.