It-tim Malti tal-Futsal kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva waqt il-kamp ta’ taħriġ fil-Kroazja, hekk kif għelbu lil San Marino bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat mill-captain tat-tim Mark Zammit, bit-tim immexxi mill-kowċ Zeljko Anicic jiddomina il-pusses tal-ballun mill-bidu sa tmiem il-partita.
Il-partita li jmiss għat-tim nazzjonali tal-futsal se tkun għat-tielet u r-raba’ post kontra r-rebbieħ tal-partita bejn l-Italja u l-Finlandja.
//= $special ?>