Sport Sport Ieħor

Thomas Borg b’rekord nazzjonali fil-Paraolimpjadi

(Ritratt: Malta Paralympic Committee)

L-atleta parlimpiku Malti Thomas Borg temm l-impenji tal-atleti Maltin fil-Paraolimpjadi f’Tokjo, hekk kif kiseb ħin ta’ 55.34 sekondi fl-400 metru T47, li huwa l-aqwa ħin personali kif ukoll rekord nazzjonali. Borg tejjeb il-ħin personali tiegħu b’aktar minn żewġ sekondi, hekk kif l-aqwa ħin personali tiegħi kien ta’ 57.73 sekondi.

Flimkien ma’ Borg kien hemm ukoll l-għawwiema Vladyslava Kravchenko li ħadet sehem f’żewġ avvenimenti fl-għawm, fejn saret l-ewwel atleta Maltija femminili li pparteċipat fl-għawm paralimpiku, f’żewġ edizzjonijiet differenti, fl-2016 f’Rio kif ukoll fl-2020 f’Tokjo.