Internazzjonali

Cornwall: tfittxija għal żewġ bugħaddasa maħsuba mejta

Żewġ bugħaddasa jinsabu rraportati nieqsa u maħsuba mejta wara li sar rapport li jinsabu maqbuda fi fdalijiet ta’ vapur ‘il barra mill-kosta ta’ Cornwall.

Flimkien magħhom kien hemm bugħaddas ieħor li rnexxilu jasal sal-quċċata u ngħata l-ewwel għajnuna wara li sofra minn nuqqas ta’ ossiġnu.

Minkejja l-isforzi kollha li saru, iż-żewġ bugħaddasa baqgħu ma nstabux. Uffiċjali saħqu li l-fażi ta’ salvataġġ ġiet fi tmiemha u issa bdew operazzjoni ta’ tfittxija għall-katavri. Iż-żona bħalissa tinsab imdawra b’numru ta’ dgħajjes tas-salvataġġ u ħelikopter bit-tfittxija għaż-żewġ persuni.

Iż-żona hi magħrufa sew mal-bugħaddasa li jmorru hemm biex jesploraw is-sbuħija ta’ qiegħ il-baħar.