Lokali

“Flimkien nistgħu nagħmlu Malta aħjar” – Bernard Grech

Sezzjoni ta’ mistoqsija u tweġiba f’Wied il-Għajn flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech.

Idħol fil-link hawnhekk.

———————————————————

Il-bidla nistgħu nġibuha aħna lkoll flimkien, jekk nagħmlu politika flimkien għal Malta u Għawdex”

Dan kien wieħed mill-messaġġi li għadda l-Kap tal-PN Bernard Grech tul sezzjoni ta’ mistoqsija u tweġiba li ttellgħat f’Marsaskala, l-ewwel sezzjoni li qed tittella’ taħt it-tema “Kun il-Bidla”.

“Jien irrid li Malta tibqa’ tal-poplu Malti u Għawdxi, ma nistgħux nibqgħu nħallu ftit persuni li minn wara dahar kulħadd jieħdu dak li hu tagħna”.

Mistoqsi dwar il-proġett li propona l-Gvern dwar il-Marina f’Marsaskala b’Bernard Grech jtenni li l-marina kif proposta mhux aċċettabbli u li l-PN se jibqa’ mal-Iskalin.

L-appell tiegħi huwa ċar, bidla fil-mod kif nagħmlu politika, marina kif proposta mhux aċċettabbli. Aħna qegħdin mal-Iskalin, Marina f’Wied il-Għajn kif proposta mhux aċċettabbli, imma aħna se nkun qed naħdmu għal aktar organizzazzjoni ta’ dgħajjes

Dwar iz-zona taz-Zonqor u x’se jagħmel PN fil-Gvern, Bernard Grech wieġeb li l-PN qed jagħmilha ċara li fil-politika li se titwettaq dejjem se jinġiebu l-ewwel l-interessi tar-residenti.

“Gvern Nazzjonalista mmexxi minni se jagħmel minn kollox biex l-art li ngħatat lis-Iskalin tingħata lura lill-poplu Malti u Għawdxi, u qed ngħid għal kull art pubblika mhux biss dik f’Wied il-Għajn”

Mistoqsi dwar l-iżvilupp f’pajjiżna, il-Kap tal-PN wieġeb li meta jitkellem, dejjem iqis kollox, u li l-pjanjiet tal-2006 tal-iżvilupp ġabu tibdil li ħoloq għixien, l-iżvilupp iżda ta’ sulari massiċċi, sar minħabba l-pjanijiet li għamel il-Gvern Laburista fl-2015.

It-triq ‘il quddiem iżda li kull tibdil li rridu nagħmlu, irridu nagħmluh biex nimxu ‘l quddiem li jkun hemm bilanċ anki ta’ preservazzjoni”

Huwa tenna li l-art Maltija hija importanti, u li l-PN se jaħdem biex ma tibqax tinqered art agrikola, u li f’zoni zvilupp mhux se jintmissu d-drittijiet tan-nies, u fejn hu protett għandu jinżamm protett.

F’domanda dwar il-proposti li ħabbar il-PN dwar l-ambjent, il-Kap tal-PN qal li l-PN se jibqa’ jniedi aktar proposta dwar l-ambjent, u ħares lejn proposta tal-PN li jkollna zoni residenzjali, fejn il-pubbliku jista’ jgawdi zoni bla karozzi, bla tniġġis.

Noħolqu spazju fejn il-komunità tkun flimkien, fejn ikun hemm soċjetà ħajja, jien irrid nara lokalitajiet li wieħed jista’ jgħix u mhux biss jeżiżtu”

Tul din is-sezzjoni ta’ mistoqsija u tweġiba, tkellem is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino fejn appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex jingħaqad mal-PN fil-ħidma li iwettaq għal politika mibnija fuq dak li tassew jeħtieġ li jsir f’Malta u f’Għawdex. Huwa qal li l-PN mhux perfett, iżda lest li jisma’ u li jagħmel politika tan-nies u għan-nies.

Tkellem ukoll il-Minority Leader tal-PN f’Marsaskala John Baptist Camilleri fejn spjega dak li qed jipproponi l-Gvern dwar il-Marina f’Wied il-Għajn. Huwa tenna li l-PN flimkien mal-Kap Bernard Grech se jibqa’ jaħdem biex f’Marsaskala jkunu mħarsin ir-residenti.