Matul il-lejl li għadda familja li kienet fuq il-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex flimkien ma’ numru ta’ voluntiera ħadu sorpriża liema bħala hekk kif kienu preżenti waqt li numru ta’ fkieren tal-ilma baħar faqqsu.
Din kienet l-ewwel bejta li ġiet innotata matul din is-sena, b’din l-istess bejta kienet ta’ sorpriża għal dawk preżenti hekk kif ħadd ma ra jew irraporta l-fekruna li telgħet tbid madwar seba’ ġimgħat ilu – l-ammont ta’ ġimgħat kemm normalment il-fkieren idumu ma jfaqqsu.
Dan kollu jfisser li l-bajd tal-fkieren tal-ilma baħar irnexxilhom jgħadduha għal dawn il-ġimgħat kollha mingħajr ebda ħsara minn dawk li żaru l-bajja hekk kif ma kellhomx il-protezzjoni meħtieġa.
Kienet familja partikolari l-ewwel li nnotat il-fkieren miexjin lejn l-orizzont u avżat lill-voluntiera ta’ ERA u Wildlife Rescue Team li kien hemm preżenti.
Fil-ġranet li ġejjin, numru ta’ voluntiera minn Wildlife Rescue Team Malta se jkunu qed josservaw iż-żona f’każ li iktar fkieren ifaqqsu.
//= $special ?>