Ministru maqtugħ mir-realtà. Ministru li qed jibqa’ jiddefendi t-tmexxija tal-ħabs mill-Kurunell Alex Dalli.
F’kummenti lil Net News dwar it-tmexxija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri qalilna li fil-ħabs hemm l-ordni, stqarrija li turi kemm il-Ministru hu maqtugħ mir-realtà vera tal-ħabs hekk kif fl-aħħar jien kienu diveri eks priġġuniera li qasmu l-esperjenza qarsa li kellhom meta kienu l-ħabs.
“Issa wkoll li hemm l-ordni fil-ħabs”
Mistoqsija dwar it-tnexxija tal-Kurunell Alex Dalli…. Camilleri fit-tweġiba tiegħu deher konfuż u ħarab milli jwieġeb.
Ġ: “Qed issemmi s-sitwazzjoni… qed iddur litteralment ma’ Alex Dalli?”
Byron Camilleri: “Mhux dak li qed ngħidlek”
Bil-Ministru Camilleri jgħidilna li hu jiddeċiedi fuq il-fatti…..
“Jien niddeċiedi fuq il-fatti u mhux fuq is-sensazzjonaliżmu”
Iżda ta’ min ifakkar lill-Ministru li l-fatti qegħdin hemm quddiemu… 13-il mewta fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn meta din bdiet titmexxa mill-Kurunell Dalli.
Pressat minn aktar domandi… il-Ministru spiċċa ammetta ma’ Net News li fil-ħabs jeħtieġ li jkun hemm bidla.
“It-tibdil huwa kontinwu, hemm ħafna fejn intejbu”
Fl-aħħar jiem Net News kellu għadd ta’ intervisti ma’ eks priġunieri, fejn qasmu magħna l-esperjenza tagħhom fil-Faċilità…. esperjeza li tikxef is-sitwazzjoni degradanti li jinsab fiha l-ħabs… u mhux l-istampa li l-Gvern qed jipprova jpinġi.
//= $special ?>