Lokali

“Il-PN qed ikompli jaħdem sabiex verament ikun viċin in-nies” – Michael Piccinino

Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jaħdem sabiex verament ikun viċin in-nies. Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm tar-radju ‘Għandi Xi Ngħid” immexxi mill-Professur Andrew Azzopardi.

Huwa qal li f’dawn l-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalsita preżenta numru ta’ proposti għas-settur tal-ambjent… settur li huwa tant għal qalb il-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li matul din il-ġimgħa nieda diversi inizjattivi sabiex il-Partit Nazzjonalista jsir aktar partit viċin in-nies.

Fl-istess programm, Michael Piccinino tkellem dwar il-working group li twaqqaf fi ħdan il-PN sabiex ikompli jaħdem fuq dak li ħareġ mill-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Hawn, hu fakkar li hemm Ministri tal-Gvern Laburista li nstabu ħajta li permezz taghhom inħolqot klima ta’ impunità f’pajjiżna, u li waslet għal dan il-qtil ta’ ġurnalista.