Illejla t-tim Malti se jkun qed jilgħab il-ħames partita tiegħu fi Grupp H kontra lis-Slovenja f’Ljublijana fis-6.00pm . It-tim Malt jinsab b’moral għoli wara r-rebħa dominanti li kisbu fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Ċipru fl-Istadium Nazzjonali bl-iskor ta’ 3-0. Mangia se jkolli disponibbli għal din il-partita il-winger Luke Gambin li kien assenti mill-aħħar partita wara li kien għadu qed jirkupra mill-Covid 19.
Malta jinsabu bl-istess punti daqs is-Slovenja, 4 punti, fejn rebħa kapaċi ttella’ lit-tim Malti fit-tielet post tal-klassifika. Fl-aħħar partita tagħhom is-Slovenja temmew fi draw ta’ 1-1 kontra l-Islovakkja, bit-tim Malti jinsab ħerqan li jkompli għaddej b’din il-venja pożittiv li għaddej biha fil-mument.
//= $special ?>