L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqfet working group ta’ azzjoni wara li ma ħadet ebda tweġiba għat-talbiet tagħha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex jinbdew id-diskussjonijiet għall-festi mis-sena 2022.
Dan il working group ġie maħtur sabiex jħejji pjan konkret ta’ kif jistgħu jiġu ċelebrati l-festi b’mod sħiħ mil-1 ta’ Jannar 2022. Il-working group huwa ffurmat min membri li huma involuti bi sħiħ fl-organizzazzjoni tal-festi fosthom is-Soċjetajiet tal-Banda, il-kumitati tal-festi u dawk tal-armar.
Il-miri huma li sal-aħħar ta’ Settembru jkun mfassal pjan ħolistiku, liema pjan jiġi preżentat lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex juri li l-festi jistgħu jsiru mingħajr ma jnaqqsu l-ħarsien ta’ saħħet il-poplu.
L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda terġa’ għal darb’oħra tħeġġeġ lill-istess Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika sabiex jagħtu widen għad-diversi ittri li l-għaqda bagħtet matul ix-xhur li għaddew u li s’ issa għadhom mhux imwieġba.
//= $special ?>