Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident bi scooter fil-Birgu

Arkivji
Dan kien it-tieni inċident bi scooter f'jumejn u t-tielet wieħed fi ħmistax.

Kolumbjan ta’ 28 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bi scooter. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ dalgħodu fil-Pjazza tal-Birgu.

Minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li l-Kolumbjan ta’ 28 sena residenti il-Birgu kien qiegħed isuq e-kick scooter u waqa’.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.