Formula 1 Sport

Kimi Raikkonen pożittiv għal Covid 19

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Alfa Romeo Kimi Raikkonen ħareġ poħittiv għal Covid 19 biex b’hekk se jkun qed jitlef il-Grand Prix tal-Olanda, fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort. Aktar kmieni din il-ġimgħa is-sewwieq ta’ 41 sena ħabbar li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu bħala sewwieq fil-Formula 1. MInflokk Raikkonen, fl-Olanda se jsuq is-sewwieq ta’ riserva Robert Kubica. Raikkonen huwa s-seba’ sewwieq tal-Formula 1 li ħareġ pożittiv għal Covid 19 sa mill-bidu tal-pandemija, bl-FIA timplimenta protokolli mediċi stretti fost it-timijiet kollha li jikkompetu.