Coronavirus Lokali Saħħa

Mara ta’ 64 sena hi l-aħħar vittma tal-Covid-19: Jiżdiedu l-każi attivi

Mara ta’ 64 sena tilfet ħajjitha kaġun tal-Coronavirus fl-aħħar sigħat. Din il-mara hi l-442 vittma tal-pandemija f’pajjiżna u mhux magħruf jekk il-mara kienitx imlaqqma jew jekk hix waħda mill-persuni li kienu rikoverati fl-Isptar f’dawn l-aħħar jiem.

Sadanittant, 62 każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 33 kienu dikjarati li fiequ u għaldaqstant, il-każi attivi reġgħu telgħu għal 719.

34 persuna bħalissa huma rikoverati l-Isptar, bi 2 minnhom qed jirċievu kura fl-ITU.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, 798,760 ingħataw mill-inqas doża waħda u 413,600 minnhom huma mlaqqmin b’mod sħiħ.