Futbol Sport

Mario Mandzukic jirtira mill-futbol

L-attakkant Kroat ta’ 35 sena Mario Mandzukic ħabbar li se jirtira mill-logħba tal-futbol wara karriera ta’ aktar minn sittax-il sena. Mandzukic lagħab għal diversi timijiet fl-Ewropa, bl-aktar notevoli jkunu dawk ta’ Bayern Munich, Atletico Madrid, Juventus kif ukoll riċentament ma’ Milan.

Ma’ Bayern Munich Mandzukic rebaħ il-UEFA Champions League filwaqt li kien finalist ma’ Juventus, fejn se jibqa’ mfakkar għal gowl spettakolari li skorja fit-telfa kontra Real Madrid. Mad-diversi clubs Mandzukic lagħab 426 partita fejn skorja 166 gowl. Fuq livell internazzjonali, Mandzukic lagħab 89 partita mat-tim nazjzonali Kroat, fejn skorja 33 gowl u kien parti integrali mit-tim li wasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.